Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0652

    Kawża T-652/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Eddy’s Snack Company vs EUIPO – Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli (Eddy’s Snackcompany)

    ĠU C 382, 13.11.2017, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/57


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Eddy’s Snack Company vs EUIPO – Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli (Eddy’s Snackcompany)

    (Kawża T-652/17)

    (2017/C 382/71)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Eddy’s Snack Company GmbH (Lügde, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Decker, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Eddy’s Snackcompany” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 363 931

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 1999/2016-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiċħad b’mod definittiv l-oppożizzjoni magħmula mill-parti l-oħra kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 363 931, “Eddy’s Snackcompany”, tal-kumpannija Eddy’s Snack Company GmbH;

    tordna lill-EUIPO jippermetti l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 363 931 “Eddy’s Snackcompany” sabiex tiġi awtorizzata r-reġistrazzjoni tal-prodotti kollha indikati;

    mill-inqas tordna lill-EUIPO jippermetti l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 363 931, “Eddy’s Snackcompany”, għall-prodotti kollha indikati li jaqgħu taħt il-klassijiet 29, 31 u 32;

    tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jew lill-EUIPO, b’mod konġunt jew b’mod separat, sabiex jirrimborsaw lir-rikorrenti l-ispejjeż, it-taxxi u l-onorarji sostnuti minn din tal-aħħar kemm fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-appell quddiem l-EUIPO kif ukoll fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top