Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0629

    Kawża T-629/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 369, 30.10.2017, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 369/39


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-629/17)

    (2017/C 369/53)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, T. Müller, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 4682 finali, tas-6 ta’ Lulju 2017, li tannulla parti mill-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew għall-programm operattiv Taħriġ fil-qasam tal-Kompetittività fil-kuntest tal-objettivi “Konverġenza” u “Kompetittività Reġjonali u Impjieg” fir-Repubblika Ċeka, kif ukoll parti mill-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-programmi operattivi Riċerka u Żvilupp għall-Innovazzjoni fil-kuntest tal-għan “Konverġenza” fir-Repubblika Ċeka u Assistenza Teknika fil-kuntest tal-objettivi “Konverġenza” u “Kompetittività Reġjonali u Impjieg” fir-Repubblika Ċeka; u

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 99(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, moqri flimkien mal-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2004/18/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2004/18”). Fil-fatt il-Kummissjoni wettqet korrezzjonijiet finanzjarji għal allegati irregolaritajiet fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, li jikkorrispondu madankollu għal proċedura awtorizzata mill-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2004/18. Il-Kummissjoni żbaljatament tqis li d-deroga mir-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, prevista fl-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2014/18, dwar il-kontenut tal-programmi, tapplika biss għall-awtoritajiet kontraenti li huma kumpanniji tax-xandir.


    (1)  ĠU L 210, p. 25.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132


    Top