Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0047

    Kawża T-47/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2017 – Yotrio Group vs EUIPO (Iffissar ta’ ċirku aħdar fuq sieq)

    ĠU C 95, 27.3.2017, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 95/18


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2017 – Yotrio Group vs EUIPO (Iffissar ta’ ċirku aħdar fuq sieq)

    (Kawża T-47/17)

    (2017/C 095/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Yotrio Group Co. Ltd (Linhai City, iċ-Ċina) (rappreżentant: L. Ullmann, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea tal-kategorija “oħra” (iffissar ta’ ċirku aħdar fuq sieq) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 396 568

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 285/2016-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top