Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0765

    Kawża T-765/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 — Kiku vs CPVO — Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie (Pinova) (“Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Varjetà ta’ tuffieħ Pinova — Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Oriġinalità ta’ varjetà — Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 — Oneru tal-prova — Artikolu 76 tar-Regolament Nru 2100/94 — Investigazzjoni ex officio tal-fatti miċ-CPVO”)

    ĠU C 187, 3.6.2019, p. 74–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/74


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 — Kiku vs CPVO — Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie (Pinova)

    (Kawża T-765/17) (1)

    (“Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Varjetà ta’ tuffieħ Pinova - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Oriġinalità ta’ varjetà - Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 - Oneru tal-prova - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 2100/94 - Investigazzjoni ex officio tal-fatti miċ-CPVO”)

    (2019/C 187/78)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kiku GmbH (Cornaiano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (rappreżentanti: M. Ekvad, F. Mattina u O. Lamberti, aġenti, assistiti minn A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell taċ-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Leidereiter, sussegwentement B. Lorenzen, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tas-16 ta’ Awwissu 2017 (Każ A 005/2016), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Kiku u Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kiku GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


    Top