EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0706

Kawża T-706/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – UP vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Marda gravi — Talba għal żmien parzjali fuq bażi medika — Ċaħda tat-talba — Prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà — Dritt għal smigħ — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ premura — Responsabbiltà”)

ĠU C 82, 4.3.2019, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – UP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-706/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Marda gravi - Talba għal żmien parzjali fuq bażi medika - Ċaħda tat-talba - Prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà”))

(2019/C 82/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UP (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u B. Mongin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2017 li tiċħad li tagħti lir-rikorrent żmien parzjali fuq bażi medika u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni materjali u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

UP għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 5, 8.1.2018.


Top