This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0629
Case T-629/17: Judgment of the General Court of 12 September 2019 — Czech Republic v Commission (ERDF — ESF — Reduction in financial assistance — Public procurement — Article 99(1)(a) of Regulation (EC) No 1083/2006 — Article 16(b) of Directive 2004/18/EC — Specific exclusion — Public service contracts for the acquisition, development, production or co-production of programme material intended for broadcasting by broadcasters)
Kawża T-629/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2019 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni (“FAEŻR – FSE – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Kuntratti pubbliċi – Artikolu 99(1)(a) tar-Regolament (KE Nru 1083/2006 – Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2004/18/KE – Esklużjoni speċifika – Kuntratti pubbliċi għal servizzi li jirrigwardaw ix-xiri, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-koproduzzjoni tal-programmi intiżi li jixxandru minn xandara”)
Kawża T-629/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2019 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni (“FAEŻR – FSE – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Kuntratti pubbliċi – Artikolu 99(1)(a) tar-Regolament (KE Nru 1083/2006 – Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2004/18/KE – Esklużjoni speċifika – Kuntratti pubbliċi għal servizzi li jirrigwardaw ix-xiri, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-koproduzzjoni tal-programmi intiżi li jixxandru minn xandara”)
ĠU C 399, 25.11.2019, p. 44–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2019 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-629/17) (1)
(“FAEŻR - FSE - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi - Artikolu 99(1)(a) tar-Regolament (KE Nru 1083/2006 - Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2004/18/KE - Esklużjoni speċifika - Kuntratti pubbliċi għal servizzi li jirrigwardaw ix-xiri, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-koproduzzjoni tal-programmi intiżi li jixxandru minn xandara”)
(2019/C 399/52)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas u P. Ondrůšek, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u K. Rudzińska, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 4682 final tas-6 ta’ Lulju 2017 li tannulla parti mill-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew għall-programm operattiv “Taħriġ fil-qasam tal-Kompetittività” fil-kuntest tal-objettivi “Konverġenza” u “Kompetittività Reġjonali u Impjieg” fir-Repubblika Ċeka, kif ukoll parti mill-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-programmi operattivi “Riċerka u Żvilupp għall-Innovazzjoni” fil-kuntest tal-għan “Konverġenza” fir-Repubblika Ċeka u “Assistenza Teknika” fil-kuntest tal-objettivi “Konverġenza” u “Kompetittività Reġjonali u Impjieg” fir-Repubblika Ċeka.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż. |
3) |
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |