Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0607

Kawża C-607/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Skatteverket vs Memira Holding AB

ĠU C 5, 8.1.2018, pp. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Skatteverket vs Memira Holding AB

(Kawża C-607/17)

(2018/C 005/31)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket

Konvenuta: Memira Holding AB

Domandi preliminari

1)

Fl-evalwazzjoni dwar jekk telf f’kumpannija sussidjarja fi Stat Membru ieħor huwiex definittiv skont it-tifsira mogħtija, inter alia, fil-każ ta’ A, u l-kumpannija parent tista’ għalhekk tnaqqas it-telf fuq il-bażi tal-Artikolu 49 TFUE, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, taħt ir-regoli tal-Istat li fih tinsab is-sussidjarja, hemm restrizzjonijiet fuq il-possibbiltà li jitnaqqas it-telf għall-partijiet minbarra l-parti nnifisha li għamlet it-telf?

2)

Fil-każ li restrizzjoni bħal dik imsemmija fid-domanda nru. 1 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, għandu jitqies jekk, fil-każ inkwistjoni, hemmx parti oħra fl-Istat li fih tinsab is-sussidjarja li setgħet naqqset it-telf li kieku dan kellu jkun permess hemmhekk?


Top