This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0589
Case C-589/17: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spain) lodged on 10 October 2017 — Prenatal S.A. v Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (TEARC)
Kawża C-589/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fl-10 ta’ Ottubru 2017 – Prenatal S.A. vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (T.E.A.R.C.)
Kawża C-589/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fl-10 ta’ Ottubru 2017 – Prenatal S.A. vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (T.E.A.R.C.)
ĠU C 22, 22.1.2018, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fl-10 ta’ Ottubru 2017 – Prenatal S.A. vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (T.E.A.R.C.)
(Kawża C-589/17)
(2018/C 022/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Cataluña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prenatal S.A.
Konvenuta: Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (T.E.A.R.C.)
Domandi preliminari
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6317 finali tat-3 ta’ Novembru 2008 li tikkonstata, minn naħa, li hemm lok li jsir l-irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni mhux mitluba mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata minn sitwazzjoni partikolari, li tikkonċerna l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti ddikjarati bħala li joriġinaw mill-Ġamajka (Każ REM 03/07), tikser id-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari l-Artikoli 220(2)(b) u 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità? |
2. |
Meta tintalab maħfra tad-dazji doganali u meta l-Kummissjoni tinnotifika d-deċiżjoni li skontha l-każ inkwistjoni jippreżenta punti ta’ fatt u ta’ liġi komparabbli għal dawk ta’ fajl preċedenti li fir-rigward tiegħu hija diġà ħadet deċiżjoni jew id-deċiżjoni li jeżisti każ komparabbli li d-deċiżjoni dwaru għadha pendenti, għandu jiġi kkunsidrat li dawn id-deċiżjonijiet huma atti ġuridiċi li jorbtu lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih issir it-talba għall-maħfra tad-dazji doganali u li għalhekk jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors mill-persuna li titlob il-maħfra tad-dazji doganali (Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1)) jew in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn id-dazji (Artikolu 220(2) tal-imsemmi Kodiċi Doganali tal-Komunità)? |
3. |
Fil-każ li ma jitqiesx li din hija deċiżjoni tal-Kummissjoni li fiha kontenut legali ta’ natura vinkolanti, huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jeżaminaw jekk dan il-każ jirrigwardax punti ta’ fatt jew ta’ liġi komparabbli? |
4. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, jekk tali eżami twettaq u wassal għall-konklużjoni li ma hemmx tali punti, għandu jiġi applikat l-Artikolu 905(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) u, konsegwentement, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li fiha kontenut legali ta’ natura vinkolanti għal dawn l-awtoritajiet nazzjonali? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.