Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0473

    Kawża C-473/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Repsol Butano S.A. vs Administración del Estado

    ĠU C 382, 13.11.2017, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/31


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Repsol Butano S.A. vs Administración del Estado

    (Kawża C-473/17)

    (2017/C 382/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Repsol Butano S.A.

    Konvenuta: Administración del Estado

    Domandi preliminari

    1)

    Miżura li tistabbilixxi prezz massimu għaċ-ċilindri tal-gass likwifikat ibbottiljat, bħala miżura ta’ protezzjoni tal-utenti li huma soċjalment vulnerabbli, hija kompatibbli mal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza Federutility (1) jew tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-każ fejn ikun hemm, alternattivament jew simultanjament, iċ-ċirkustanzi li ġejjin?

    l-miżura tiġi adottata b’mod ġenerali għall-konsumaturi kollha u għal perijodu indefinit “sakemm il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni u ta’ kompetittività f’dan is-suq ma jitqisux suffiċjenti”,

    il-miżura ilha fis-seħħ għal iktar minn [1]8 il-sena,

    il-miżura tista’ tikkontribwixxi għall-iffriżar tas-sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni dgħajfa billi tostakola d-dħul fis-suq ta’ operaturi ġodda.

    2)

    Miżura li timponi d-distribuzzjoni fid-djar tal-gass likwifikat ibbottiljat, bħala miżura ta’ protezzjoni tal-utenti li huma soċjalment vulnerabbli jew li jgħixu f’żoni li l-aċċess għalihom huwa diffiċli, hija kompatibbli mal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza Federutility iċċitata iktar ’il fuq jew tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità jekk ikun hemm, alternattivament jew simultanjament, iċ-ċirkustanzi elenkati fid-domanda preċedenti?


    (1)  Sentenza tal-20 ta’ April 2010, Federutility et (C-265/08, EU:C:2010:205).


    Top