This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0681
Case C-681/17: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 27 March 2019 (request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof — Germany) — slewo — schlafen leben wohnen GmbH v Sascha Ledowski (Reference for a preliminary ruling — Consumer protection — Directive 2011/83/EU — Article 6(1)(k) and Article 16(e) — Distance contract — Right of withdrawal — Exceptions — Concept of ‘sealed goods which are not suitable for return due to health protection or hygiene reasons and which have been unsealed by the consumer after delivery’ — Mattress whose protective seal has been removed by the consumer after delivery)
Kawża C-681/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — slewo — schlafen leben wohnen GmbH vs Sascha Ledowski (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2011/83/UE — Artikolu 6(1)(k) u Artikolu 16(e) — Kuntratt konkluż mill-bogħod — Dritt ta’ rtirar — Eċċezzjonijiet — Kunċett ta’ “oġġetti ssiġillati li ma jistgħux jiġu rritornati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa jew ta’ iġjene u li tneħħielhom is-siġill mill-konsumatur wara l-kunsinna” — Saqqu li l-protezzjoni tiegħu tneħħiet mill-konsumatur wara l-kunsinna)

ĠU C 187, 3.6.2019, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/22 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — slewo — schlafen leben wohnen GmbH vs Sascha Ledowski
(Kawża C-681/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 6(1)(k) u Artikolu 16(e) - Kuntratt konkluż mill-bogħod - Dritt ta’ rtirar - Eċċezzjonijiet - Kunċett ta’ “oġġetti ssiġillati li ma jistgħux jiġu rritornati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa jew ta’ iġjene u li tneħħielhom is-siġill mill-konsumatur wara l-kunsinna” - Saqqu li l-protezzjoni tiegħu tneħħiet mill-konsumatur wara l-kunsinna)
(2019/C 187/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: slewo — schlafen leben wohnen GmbH
Konvenut: Sascha Ledowski
Dispożittiv
L-Artikolu 16(e) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “oġġetti ssiġillati li ma jistgħux jiġu rritornati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa jew ta’ iġjene u li tneħħielhom is-siġill mill-konsumatur wara l-kunsinna”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, oġġett bħal saqqu, li l-protezzjoni tiegħu tkun tneħħiet mill-konsumatur wara l-kunsinna tiegħu.