Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0471

    Kawża C-471/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u tariffa doganali komuni — Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Instant noodles moqlija — Subintestatura tariffarja 1902 30 10)

    ĠU C 399, 5.11.2018, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover

    (Kawża C-471/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Instant noodles moqlija - Subintestatura tariffarja 1902 30 10))

    (2018/C 399/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG

    Konvenut: Hauptzollamt Hannover

    Dispożittiv

    In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt is-subintestatura 1902 30 10 tagħha platti ta’ instant noodles, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma essenzjalment komposti minn blokka ta’ noodles imsajra minn qabel u moqlija.


    (1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


    Top