Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0894

    Kawża T-894/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Air France vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 46, 13.2.2017, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/26


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Air France vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-894/16)

    (2017/C 046/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Société Air France (Roissy en France, Franza) (rappreżentant: R. Sermier, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannula d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1698, tal-20 ta’ Frar 2014, dwar il-miżuri SA.22932 (11/C) (ex NN 37/07) implimentati minn Franza favur l-ajruport ta’ Marseille Provence u favur il-kumpaniji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport (notifikata bid-dokument C(2014) 870);

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq difetti li jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata għal dak li jirrigwarda l-għajnuna tad-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône lit-terminal “Marseille-Provence 2” (MP2). B’mod partikolari,

    il-miżura ma tissodisfax l-għanijiet ta’ interess ġenerali ddefiniti b’mod ċar. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, bi żball ta’ liġi u bi żball ta’ interpretazzjoni, għal dak li jirrigwarda:

    l-għan li tiġi indirizzata ż-żieda mistennija fit-traffiku tal-ajru;

    l-għan relatat mal-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun;

    l-għajnuna ma hijiex neċessarja.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq difetti li jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata għal dak li jirrigwarda l-kuntratt ta’ xiri ta’ spazju għar-reklamar mal-kumpannija Airport Marketing Services.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq difetti li jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata għal dak li jirrigwarda t-tariffi tal-imposta għal kull passiġġier fit-terminal MP2.


    Top