Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0790

    Kawża T-790/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 14, 16.1.2017, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 14/51


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-790/16)

    (2017/C 014/61)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: C & J Clark International Ltd (Somerset, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Willems u S. De Knop, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara r-rikors ammissibbli;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395, tat-18 ta’ Awwissu 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li, billi aġixxiet mingħajr bażi legali valida, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ attribuzzjoni taħt l-Artikolu 5(1) u (2) TFUE.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li, billi naqset li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International, C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 266 TFUE.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li, bl-impożizzjoni ta’ dazju antidumping fuq l-importazzjoni ta’ żraben “li seħħu matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-[regolamenti invalidati]”, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 1(1) u 10(1) tar-regolament bażiku (1) u l-prinċipju ta’ ċertezza legali (nuqqas ta’ retroattività);

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li, billi imponiet dazju antidumping mingħajr ma għamlet evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 21 tar-regolament bażiku; fi kwalunkwe każ, kien ikun manifestament żbaljat li jiġi konkluż li l-impożizzjoni tad-dazju antidumping kien fl-interess tal-Unjoni;

    5.

    Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li, billi adottat att li jeċċedi dak li huwa meħtieġ sabiex jitwettaq l-għan tiegħu, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 5(1) u 5(4) TUE.


    (1)  Regolament (UE) 2016/1036, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


    Top