Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0432

Rechtssache T-432/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2016 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (медведь)

ĠU C 364, 3.10.2016, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/22


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2016 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (медведь)

(Rechtssache T-432/16)

(2016/C 364/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “медведь” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 397 921

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 240/2016 1.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ t-talba tar-rikorrenti għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża.

Motiv invokat

It-trade mark kontenzjuża ma hijiex deskrittiva u għandha karattru distintiv.


Top