Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0164

    Kawża T-164/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – Piper Verlag vs EUIPO (THE TRAVEL EPISODES) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva THE TRAVEL EPISODES — Raġuni assoluta għal rifjut — Talba għal bidla — Att li ma jistax jiġi adottat mill-Bord tal-Appell — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 231, 17.7.2017, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 231/23


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – Piper Verlag vs EUIPO (THE TRAVEL EPISODES)

    (Kawża T-164/16) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva THE TRAVEL EPISODES - Raġuni assoluta għal rifjut - Talba għal bidla - Att li ma jistax jiġi adottat mill-Bord tal-Appell - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

    (2017/C 231/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Piper Verlag GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Oster, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2016 (Każ R 1099/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv THE TRAVEL EPISODES bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Piper Verlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


    Top