Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0749

    Kawża T-749/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Stemcor London u Samac Steel Supplies vs Il-Kummissjoni (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar ċatti rrumblati fil-kiesaħ li joriġinaw miċ-Ċina u mir-Russja — Dazju antidumping definittiv — Reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet — Applikazzjoni retroattiva ta’ dazju antidumping definittiv — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1329 — Għarfien mill-importatur ta’ prattiki ta’ dumping u ta’ dannu — Żieda ġdida sostanzjali ta’ natura li tikkomprometti b’mod serju l-effett korrezzjonali ta’ dazju antidumping definittiv — Artikolu 10(4)(c) u (d) tar-Regolament (UE) 2016/1036”)

    ĠU C 220, 1.7.2019, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Stemcor London u Samac Steel Supplies vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-749/16) (1)

    (“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar ċatti rrumblati fil-kiesaħ li joriġinaw miċ-Ċina u mir-Russja - Dazju antidumping definittiv - Reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet - Applikazzjoni retroattiva ta’ dazju antidumping definittiv - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1329 - Għarfien mill-importatur ta’ prattiki ta’ dumping u ta’ dannu - Żieda ġdida sostanzjali ta’ natura li tikkomprometti b’mod serju l-effett korrezzjonali ta’ dazju antidumping definittiv - Artikolu 10(4)(c) u (d) tar-Regolament (UE) 2016/1036”)

    (2019/C 220/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Stemcor London Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u Samac Steel Supplies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Di Gianni u C. Van Hemelrijck, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, N. Kuplewatzky, T. Maxian Rusche u E. Schmidt, aġenti)

    Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: O. Prost, A. Coelho Dias u S. Seeuws, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1329 tad-29 ta’ Lulju 2016 li jimponi d-dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet reġistrati ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa (ĠU 2016, L 210, p. 27).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Stemcor London Ltd u Samac Steel Supplies Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Eurofer, Association européenne de l’acier, ASBL.


    (1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


    Top