Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0643

    Kawża T-643/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 — Gamaa Islamya Égypte vs Il-Kunsill (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni, gruppi u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Iffriżar tal-fondi — Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terz li tiġi kkwalifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar tal-fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Awtentifikazzjoni tal-atti tal-Kunsill”)

    ĠU C 187, 3.6.2019, p. 62–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/62


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 — Gamaa Islamya Égypte vs Il-Kunsill

    (Kawża T-643/16) (1)

    (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni, gruppi u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffriżar tal-fondi - Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terz li tiġi kkwalifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar tal-fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Awtentifikazzjoni tal-atti tal-Kunsill”)

    (2019/C 187/66)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Al-Gama’a al-Islamiyya Egypte (rappreżentant: L. Glock, avukat)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Étienne u H. Marcos Fraile, sussegwentement minn H. Marcos Fraile, B. Driessen u V. Piessevaux u finalment minn H. Marcos Fraile, B. Driessen u A. Sikora-Kalėda, aġenti)

    Intervenjenti, insostenn tal-konvenuti: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Norris, L. Havas, R. Tricot u L. Baumgart, sussegwentement minn R. Tricot, C. Zadra u A. Tizzano, aġenti)

    Suġġett

    Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1136, tat-12 ta’ Lulju 2016 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/2430 (ĠU 2016, L 188, p. 21), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127, tat-12 ta’ Lulju 2016 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 (ĠU 2016, L 188, p. 1), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/154 tas-27 ta’ Jannar 2017 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1136 (ĠU 2017, L 23, p. 21), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 tas-27 ta’ Jannar 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1127 (ĠU 2017, L 23, p. 3), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1426 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/154 (ĠU 2017, L 204, p. 95), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/150 (ĠU 2017, L 204, p. 3), ir-raba’ nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/475 tal-21 ta’ Marzu 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426 (ĠU 2018, L 79, p. 26), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1420 (ĠU 2018, L 79, p. 7), il-ħames nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1084 tat-30 ta’ Lulju 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/475 (ĠU 2018, L 194, p. 144), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1071 tat-30 ta’ Lulju 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/468 (ĠU 2018, L 194, p. 23), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1136, tat-12 ta’ Lulju 2016 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/2430, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127, tat-12 ta’ Lulju 2016 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2425, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/154 tas-27 ta’ Jannar 2017 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1136, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 tas-27 ta’ Jannar 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1127, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1426 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/154, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/150, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/475 tal-21 ta’ Marzu 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1420, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1084 tat-30 ta’ Lulju 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/475, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1071 tat-30 ta’ Lulju 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/468, huma annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil “‘Gama’a al-Islamiyya’ (magħruf ukoll bl-isem ‘Al Gama’a al-Islamiyya’) (‘grupp Iżlamiku’—’GI’)”.

    2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti minn Al-Gama’a al-Islamiyya Egypte.

    3)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


    Top