Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0575

    Kawża T-575/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Martinez De Prins et vs SEAE (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Aġenti — Remunerazzjoni — Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz — Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal — Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja — Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-Gana minn 25 għal 20 % — Eċċezzjoni ta’ illegalità)

    ĠU C 42, 5.2.2018, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 42/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Martinez De Prins et vs SEAE

    (Kawża T-575/16) (1)

    ((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Aġenti - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja - Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-Gana minn 25 għal 20 % - Eċċezzjoni ta’ illegalità))

    (2018/C 042/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: David Martinez De Prins (Accra, il-Ghana) u d-9 rikorrenti oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness għas-sentenza (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

    Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt, aġent, assistit minn M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tar-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Marzu 2015 kif ukoll tar-rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn ir-rendikonti japplikaw id-Deċiżjoni tas-SEAE, tat-23 ta’ Frar 2015, dwar it-tnaqqis, mill-1 ta’ Jannar 2015, tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja mħallsa lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fil-Gana.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rendikonti tar-remunerazzjoni ta’ David Martinez De Prins u uffiċjali u aġenti oħra tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness stabbiliti mis-SEAE għax-xahar ta’ Marzu 2015 huma annullati sa fejn dawn ir-rendikonti japplikaw id-Deċiżjoni tas-SEAE, tat-23 ta’ Frar 2015, dwar it-tnaqqis, mill-1 ta’ Jannar 2015, tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja imħallsa lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fil-Gana.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 111 tad-29.3.2016 (kawża inizzjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-153/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


    Top