Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0254

    Kawża T-254/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2017 – Steel Invest & Finance (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Settur tal-azzar — Għajnuna mogħtija mill-Belġju lil diversi intrapriżi tas-settur tal-azzar — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Kriterju tal-investitur privat”)

    ĠU C 22, 22.1.2018, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 22/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2017 – Steel Invest & Finance (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-254/16) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-azzar - Għajnuna mogħtija mill-Belġju lil diversi intrapriżi tas-settur tal-azzar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju tal-investitur privat”))

    (2018/C 022/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Steel Invest & Finance (Luxembourg) SA (Stressen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. van den Broucke, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn É. Gippini Fournier u K. Herrmann, sussegwentement minn É. Gippini Fournier, V. Bottka u G. Luengo, aġenti)

    Suġġett

    Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2041 tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) mogħtija mill-Belġju lil Duferco (ĠU 2016, L 314, p. 22).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Steel Invest & Finance (Luxembourg) SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


    Top