This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0597
Case C-597/16: Request for a preliminary ruling from the Corte suprema di cassazione (Italy) lodged on 23 November 2016 — Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) v Antonio Zecca
Kawża C-597/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-23 ta’ Novembru 2016 – Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) vs Antonio Zecca
Kawża C-597/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-23 ta’ Novembru 2016 – Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) vs Antonio Zecca
ĠU C 63, 27.2.2017, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-23 ta’ Novembru 2016 – Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) vs Antonio Zecca
(Kawża C-597/16)
(2017/C 063/21)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
Konvenut: Antonio Zecca
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta qorti tagħti deċiżjoni finali li tikkonstata li l-konvenut ma wettaqx ir-reat allegat, huwa jipprekludi, mingħajr il-ħtieġa għall-qorti nazzjonali li tagħmel evalwazzjoni ulterjuri, it-tnehdija jew il-prosekuzzjoni ta’ proċedimenti ulterjuri bbażati fuq l-istess fatti bil-għan tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet li, minħabba n-natura u l-gravità tagħhom, għandhom jitqiesu bħala kriminali? |
2) |
Fl-evalwazzjoni tal-effettività, tal-proporzjonalità u tan-natura dissważiva tas-sanzjonijiet, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-limiti għas-sanzjonijiet kriminali stabbiliti fid-Direttiva 2014/57/UE? (1) |
(1) Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU 2014, L 173, p. 179).