This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0554
Case C-554/16: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 31 October 2016 — EP Agrarhandel GmbH v Bundesminister für Land-, Forst-,Umwelt und Wasserwirtschaft
Kawża C-554/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft
Kawża C-554/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft
ĠU C 46, 13.2.2017, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft
(Kawża C-554/16)
(2017/C 046/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EP Agrarhandel GmbH
Awtorità konvenuta: Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE (1), tal-20 ta’ Awwissu 2001, li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/300/UE (2), tal-25 ta’ Mejju 2010, jippekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-paragrafu 6(6) tal-Verordnung des Bundesministers für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft über die Kennzeichnung und Registrierung von Rindern (BGBl. II n.o201/2008) (digriet tal-ministeru federali għall-agrikoltura, il-forestrija, l-ambjent u l-ġestjoni tal-ilma dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini; iktar ’il quddiem, id-“digriet tal-2008 dwar l-identifikazzjoni tal-annimali bovini”), li, fir-rigward tal-konformità mat-termini kollha koperti minn din id-dispożizzjoni – u għaldaqstant anki fir-rigward tan-notifika ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf – tqis l-irċevuta tan-notifika rilevanti bħala l-fattur determinanti? |
2) |
X’effett għandu t-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3), tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fuq l-eliġibbiltà għal primjum għal annimali bovini li l-moviment tagħhom lejn mergħa tas-sajf ikun ġie innotifikat tard fis-sens tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni? |
3) |
Jekk in-notifika tard ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf taħt it-tieni pararafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 ma tirriżultax fit-telf tal-eliġibbiltà għal primjum, jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet għal tali notifika tard? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 341.