Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0676

    Kawża C-676/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – CORPORATE COMPANIES s.r.o.. vs Ministerstvo financí ČR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil ta’ flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu — Direttiva 2005/60/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Punt 3(c) tal-Artikolu 2(1) u punt 7(a) tal-Artikolu 3 — Għan soċjali ta’ impriża li jikkonsisti fil-bejgħ ta’ kumpanniji rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali u fformati għall-għan waħdieni li jinbiegħu — Bejgħ imwettaq permezz ta’ ċessjoni tal-ishma ta’ impriża fil-kumpannija stabbilita qabel)

    ĠU C 83, 5.3.2018, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – CORPORATE COMPANIES s.r.o.. vs Ministerstvo financí ČR

    (Kawża C-676/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil ta’ flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu - Direttiva 2005/60/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Punt 3(c) tal-Artikolu 2(1) u punt 7(a) tal-Artikolu 3 - Għan soċjali ta’ impriża li jikkonsisti fil-bejgħ ta’ kumpanniji rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali u fformati għall-għan waħdieni li jinbiegħu - Bejgħ imwettaq permezz ta’ ċessjoni tal-ishma ta’ impriża fil-kumpannija stabbilita qabel))

    (2018/C 083/06)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: CORPORATE COMPANIES s.r.o..

    Konvenut: Ministerstvo financí ČR

    Dispożittiv

    Il-punt 3(c) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, moqri flimkien mal-punt 7(a) tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-attività kummerċjali tagħha tikkonsisti fil-bejgħ ta’ kumpanniji li hija stess stabbilixxiet, mingħajr ebda talba minn qabel mingħand il-klijenti potenzjali tagħha, sabiex jinbiegħu lil dawn il-klijenti, permezz ta’ trasferiment tal-ishma tagħha fil-kapital tal-kumpannija li hija s-suġġett tal-bejgħ, taqa’ taħt dawn id-dispożizzjonijiet.


    (1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


    Top