This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0547
Case C-547/16: Judgment of the Court (Third Chamber) of 23 November 2017 (request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo — Spain) — Gasorba SL, Josefa Rico Gil, Antonio Ferrándiz González v Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA (Competition — Article 101 TFEU — Agreements between undertakings — Business relationships between service station operators and oil companies — Long-term exclusive supply agreement for fuel — European Commission decision making an undertaking’s commitments binding — Extent to which national courts are bound by a commitment decision adopted by the Commission — Articles 9(1) and 16(1) of Regulation (EC) No 1/2003)
Kawża C-547/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Gasorba SL, Josefa Rico Gil, Antonio Ferrándiz González vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA (Kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Ftehim bejn impriżi — Relazzjonijiet kummerċjali bejn operaturi ta’ pompi tal-petrol u kumpanniji taż-żejt u l-gass — Ftehim ta’ xiri esklużiv ta’ karburanti għal perijodu twil — Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni Ewropea tiddikjara vinkolanti l-impenji ta’ impriża — Portata tan-natura vinkolanti ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-impenji fir-rigward tal-qrati nazzjonali — Artikolu 9(1) u Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003)

ĠU C 22, 22.1.2018, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Gasorba SL, Josefa Rico Gil, Antonio Ferrándiz González vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA
(Kawża C-547/16) (1)
((Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Ftehim bejn impriżi - Relazzjonijiet kummerċjali bejn operaturi ta’ pompi tal-petrol u kumpanniji taż-żejt u l-gass - Ftehim ta’ xiri esklużiv ta’ karburanti għal perijodu twil - Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni Ewropea tiddikjara vinkolanti l-impenji ta’ impriża - Portata tan-natura vinkolanti ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-impenji fir-rigward tal-qrati nazzjonali - Artikolu 9(1) u Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003))
(2018/C 022/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gasorba SL, Josefa Rico Gil, Antonio Ferrándiz González
Konvenuta: Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA
Dispożittiv
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101] u [102 TFUE] għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni dwar l-impenji adottata mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti ftehimiet bejn impriżi, skont l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, ma tipprekludix lill-qrati nazzjonali milli jeżaminaw il-konformità tal-imsemmija ftehimiet mar-regoli tal-kompetizzjoni u jikkonstataw, fejn xieraq, l-annullament ta’ dawn tal-aħħar skont l-Artikolu 101(2) TFUE.