Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0381

    Kawża C-381/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Salvador Benjumea Bravo de Laguna vs Esteban Torras Ferrazzuolo Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 16 — Trade marks bħala oġġetti ta’ proprjetà — Meta trade marks tal-Unjoni Ewropea għandhom jitqiesu bħala trade marks nazzjonali — Artikolu 18 — Trasferiment ta’ trade mark irreġistrata f’isem aġent jew tar-rappreżentant tal-proprjetarju tat-trade mark — Dispożizzjoni nazzjonali li tagħti l-possibbiltà li titressaq azzjoni rivendikatorja fir-rigward tal-proprjetà ta’ trade mark nazzjonali rreġistrata peress li tikkawża preġudizzju lid-drittijiet tal-proprjetarju jew bi ksur ta’ obbligu legali jew kuntrattwali — Kompatibbiltà mar-Regolament Nru 207/2009

    ĠU C 22, 22.1.2018, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 22/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Salvador Benjumea Bravo de Laguna vs Esteban Torras Ferrazzuolo

    (Kawża C-381/16) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 16 - Trade marks bħala oġġetti ta’ proprjetà - Meta trade marks tal-Unjoni Ewropea għandhom jitqiesu bħala trade marks nazzjonali - Artikolu 18 - Trasferiment ta’ trade mark irreġistrata f’isem aġent jew tar-rappreżentant tal-proprjetarju tat-trade mark - Dispożizzjoni nazzjonali li tagħti l-possibbiltà li titressaq azzjoni rivendikatorja fir-rigward tal-proprjetà ta’ trade mark nazzjonali rreġistrata peress li tikkawża preġudizzju lid-drittijiet tal-proprjetarju jew bi ksur ta’ obbligu legali jew kuntrattwali - Kompatibbiltà mar-Regolament Nru 207/2009)

    (2018/C 022/16)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Salvador Benjumea Bravo de Laguna

    Konvenut: Esteban Torras Ferrazzuolo

    Dispożittiv

    l-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 [dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea], għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-applikazzjoni, fir-rigward ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema persuna aggravata, mir-reġistrazzjoni ta’ trade mark li għaliha saret applikazzjoni peress li tikkawża preġudizzju għad-drittijiet tagħha jew tikser obbligu legali jew kuntrattwali, għandha dritt tirrivendika l-proprjetà tal-imsemmija trade mark, sakemm is-sitwazzjoni kkonċernata ma taqax f’dawk koperti mill-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament.


    (1)  ĠU C 335, 12.09.2016.


    Top