This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0246
Case C-246/16: Judgment of the Court (First Chamber) of 23 November 2017 (request for a preliminary ruling from the Commissione tributaria provinciale di Siracusa — Italy) — Enzo Di Maura v Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale di Siracusa (Reference for a preliminary ruling — Value added tax (VAT) — Taxable amount — Sixth Directive 77/388/EEC — Second subparagraph of Article 11C(1) — Restriction of the right to reduce the taxable amount in the event of non-payment by the other party to the contract — Scope for implementation by the Member States — Proportionality of the period of pre-financing by the trader)
Kawża C-246/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Siracusa – l-Italja) – Enzo Di Maura vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale di Siracusa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Valur taxxabbli — Sitt Direttiva 77/388/KEE — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) — Limitazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis tal-valur taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas mill-parti kontraenti — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membru fit-traspożizzjoni — Natura proporzjonata tal-perijodu ta’ prefinanzjament mill-imprenditur)

ĠU C 22, 22.1.2018, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Siracusa – l-Italja) – Enzo Di Maura vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale di Siracusa
(Kawża C-246/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Valur taxxabbli - Sitt Direttiva 77/388/KEE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) - Limitazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis tal-valur taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas mill-parti kontraenti - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membru fit-traspożizzjoni - Natura proporzjonata tal-perijodu ta’ prefinanzjament mill-imprenditur))
(2018/C 022/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Siracusa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Enzo Di Maura
Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale di Siracusa
Dispożittiv
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT għan-nuqqas ta’ suċċess ta’ proċedura ta’ insolvenza meta tali proċedura tista’ ddum iktar minn għaxar snin