This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0712
Case T-712/15: Action brought on 3 December 2015 — Crédit Mutuel Arkéa v ECB
Kawża T-712/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Crédit Mutuel Arkéa vs BĊE
Kawża T-712/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Crédit Mutuel Arkéa vs BĊE
ĠU C 59, 15.2.2016, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 59/33 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Crédit Mutuel Arkéa vs BĊE
(Kawża T-712/15)
(2016/C 059/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Crédit Mutuel Arkéa (Le Relecq-Kerhuon, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannula d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Ottubru 2015 (ECB/SSM/2015 – 9695000CG7B8NLR5984/28) li tistabbilixxi r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit Mutuel. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Ottubru 2015 (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni”) hija illegali, minħabba l-fatt li hija tikser id-dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew li jillimitaw il-kompetenza tal-BĊE fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali għall-istabbilimenti ta’ kreditu biss. Dan il-motiv huwa maqsum f’erba’ partijiet.
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni wkoll għandha tiġi annullata, minħabba li hija tqis b’mod illegali li l-Crédit Mutuel kollu kemm huwa jikkostitwixxi grupp fis-sens tad-dispożizzjonijiet Ewropej applikabbli fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet:
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni għandha wkoll tiġi annullata sa fejn hija żżid b’mod illegali mit-8 % għall-11 % ir-rekwiżit ta’ fondi tagħha stess ta’ bażi tal-kategorija 1 applikabbli għall-grupp Crédit Mutuel Arkéa. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet:
|