This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0688
Case T-688/15 P: Appeal brought on 28 November 2015 by Peter Schönberger against the order of the Civil Service Tribunal of 30 September 2015 in Case F-14/12 RENV, Schönberger v Court of Auditors
Kawża T-688/15 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2015 minn Peter Schönberger mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża F-14/12 RENV, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri
Kawża T-688/15 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2015 minn Peter Schönberger mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża F-14/12 RENV, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri
ĠU C 59, 15.2.2016, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 59/27 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2015 minn Peter Schönberger mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża F-14/12 RENV, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-688/15 P)
(2016/C 059/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tilqa’ t-talbiet magħmula fl-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tad-digriet tat-30 ta’ Settembru 2015, Schönberger vs Rechnungshof (F-14/12 RENV, ĠabraSP, EU:F:2015:112).
Insostenn tal-appell tieħu, l-appellant jinvoka seba’ aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
|
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq sostituzzjoni tal-motivazzjoni permezz tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ argumenti ppreżentati b’mod tardiv.
|
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti.
|
4. |
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq applikazzjoni żbaljata ta’ kriterju ta’ promozzjoni
|
5. |
Il-ħames aggravju bbażat fuq evalwazzjoni komparattiva mwettqa b’mod żbaljat tal-grad ta’ responsabbiltà assunt
|
6. |
Is-sitt aggravju bbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-perċentwali ta’ promozzjoni applikabbli.
|
7. |
Is-seba’ aggravju bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
|