Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0004

    Kawża T-4/15: Rikors ippreżentat fit- 8 ta Jannar 2015 – Beiersdorf vs UASI (Q10)

    ĠU C 65, 23.2.2015, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/53


    Rikors ippreżentat fit-8 ta Jannar 2015 – Beiersdorf vs UASI (Q10)

    (Kawża T-4/15)

    (2015/C 065/73)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Beiersdorf AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck u J. Fuhrmann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Trade mark inkwistjoni: trade mark Komunitarja figurattiva bl-element verbali “Q10” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 480 837

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2050/2013-1

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk tar-rikorrenti.

    Motivi invokati

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top