Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0492

    Kawża T-492/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2019 — Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Miżuri implimentati mill-Ġermanja favur l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u linji tal-ajru li jużaw dan l-ajruport — Deċiżjoni li tikklassifika l-miżuri favur l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn ta’ għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern u li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat favur il-linji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport — Nuqqas ta’ inċidenza individwali — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 187, 3.6.2019, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/59


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2019 — Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-492/15) (1)

    (“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Miżuri implimentati mill-Ġermanja favur l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u linji tal-ajru li jużaw dan l-ajruport - Deċiżjoni li tikklassifika l-miżuri favur l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn ta’ għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern u li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat favur il-linji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

    (2019/C 187/63)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, T. Maxian Rusche u S. Noë, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Land Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Koenig, professeur) u Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u B. Byrne, solicitor)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/789, mill-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21121 (C 29/2008) (ex NN 54/07) implimentata mill-Ġermanja fir-rigward tal-finanzjament tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u r-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-ajruport u Ryanair (ĠU 2016, L 134, p. 46).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Deutsche Lufthansa AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


    Top