This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TA0164
Case T-164/15: Judgment of the General Court of 14 December 2017 — European Dynamics Luxembourg and Evropaïki Dynamiki v Parliament (Public service contracts — Public procurement procedure — External provision of information technology services to the Parliament and other institutions and bodies of the EU — Ranking of a tenderer in the cascade procedure — Award criteria — Obligation to state reasons — Non-contractual liability)
Kawża T-164/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvisti ta’ servizzi informatiċi esterni għall-Parlament u għal istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-Unjoni — Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura kumulattiva — Kriterji ta’ attribuzzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
Kawża T-164/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvisti ta’ servizzi informatiċi esterni għall-Parlament u għal istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-Unjoni — Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura kumulattiva — Kriterji ta’ attribuzzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
ĠU C 42, 5.2.2018, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament
(Kawża T-164/15) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvisti ta’ servizzi informatiċi esterni għall-Parlament u għal istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-Unjoni - Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura kumulattiva - Kriterji ta’ attribuzzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2018/C 042/15)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment Ι. Ambazis u M. Sfiri, sussegwentement M. Sfyri, D. Papadopoulou u C.-N. Dede, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment B. Simon, L. Darie u I. Anagnostopoulou, sussegwentement L. Darie, Z. Nagy u I. Anagnostopoulou, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni D(2015) 7680 tal-Parlament Ewropew, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tat-13 ta’ Frar 2015, li tikklassifika l-offerta tagħhom fit-tielet pożizzjoni fil-klassifika għal-lott Nru 3, “Żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni tal-informazzjoni”, fil-proċedura bil-miftuħ tas-sejħa għal offerti PE/ITEC-ITS 14 “Provvista ta’ servizzi IT esterni” u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża li tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni D(2015) 7680 tal-Parlament Ewropew, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tat-13 ta’ Frar 2015, li tikklassifika l-offerta ta’ European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fit-tielet pożizzjoni għal-lott Nru 3 “Żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni tal-informazzjoni” fil-kuntest tal-proċedura bil-miftuħ tas-sejħa għal offerti PE/ITEC-ITS 14 “Provvista ta’ servizzi IT esterni”, hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |