Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0108

    Kawża F-108/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 320, 28.9.2015, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 320/54


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-108/15)

    (2015/C 320/75)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny, J.-N. Louis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita għal ħames snin il-perijodu ta’ kalkolu mill-ġdid retroattiv tal-allowance b’rata fissa għal sigħat addizzjonali li għalihom ir-rikorrenti għandhom dritt.

    Talbiet

    Tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 2014 ta’ PMO.1 li tillimita l-ħlas tal-adattament tal-allowance b’rata fissa għal sigħat addizzjonali li għalihom huma għandhom dritt mill-1 ta’ Marzu 2007 u l-1 ta’ Marzu 2008 rispettivament, għal ħames snin mill-1 ta’ Settembru 2008, data tal-iskoperta minn PMO tal-iżball ta’ kalkolu tar-remunerazzjoni tagħhom;

    tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti l-adattament tal-allowance b’rata fissa għal sigħat addizzjonali mill-1 ta’ Marzu 2007 u 2008 rispettivament wara li jitnaqqsu s-somom diġà mħallsa u jiżdiedu l-interessi moratorji kkalkolati fuq l-arretrati tal-imsemmija allowance kkalkolati mill-iskadenza tagħhom sal-ħlas effettiv tagħhom bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament miżjuda b’żewġ punti;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top