Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0420

    Kawża C-420/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-30 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra U (*)

    ĠU C 346, 19.10.2015, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-30 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra  U (*1)

    (Kawża C-420/15)

    (2015/C 346/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

    Parti fil-kawża prinċipali

     U (*1)

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 2 u 3 tad-Digriet Irjali tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi jinsabu f’kontradizzjoni mal-Artikoli 18, 20, 45, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni sa fejn, sabiex jinstaqu fil-Belġju – anki jekk sempliċement sabiex jgħaddu mill-pajjiż – il-vetturi li jappartjenu lil resident ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ieħor għajr il-Belġju u li jkunu rreġistrati f’dan l-Istat Membru ieħor għandhom ikunu s-suġġett ta’ reġistrazzjoni Belġjana meta l-persuna tkun ukoll residenti fil-Belġju?


    (*1)  Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.


    Top