EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0628

Kawża C-628/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit – The Trustees of the BT Pension Scheme vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 63 TFUE — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru — Taxxa fuq il-kumpanniji — Kreditu ta’ taxxa — Fond għall-pensjoni — Rifjut li jingħata l-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa lill-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq dħul minn investiment għal dividendi li joriġinaw minn dħul barrani — Interpretazzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation (C-446/04, EU:C:200612:707:774) — Kreditu ta’ taxxa miżmum illegalment — Rimedji ġudizzjarji”)

ĠU C 382, 13.11.2017, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit – The Trustees of the BT Pension Scheme vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-628/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru - Taxxa fuq il-kumpanniji - Kreditu ta’ taxxa - Fond għall-pensjoni - Rifjut li jingħata l-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa lill-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq dħul minn investiment għal dividendi li joriġinaw minn dħul barrani - Interpretazzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation (C-446/04, EU:C:200612:707:774) - Kreditu ta’ taxxa miżmum illegalment - Rimedji ġudizzjarji”))

(2017/C 382/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Trustees of the BT Pension Scheme

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, drittijiet lil azzjonist benefiċjarju ta’ dividendi kklassifikati bħala “dividendi minn dħul barrani” (foreign income dividend).

2)

Id-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jipprevedi rimedji ġudizzjarji miftuħa lil azzjonisti li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikunu rċevew dividendi kklassifikati bħala “dividendi minn dħul barrani” mingħajr madankollu ma jkunu kisbu kreditu ta’ taxxa relatat ma’ dawn id-dividendi, sabiex dawn l-azzjonisti jkunu jistgħu jsostnu d-drittijiet li l-Artikolu 63 TFUE jagħtihom. F’dan ir-rigward, il-qorti nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li l-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi, li rċevew dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini barranija u kklassifikati bħala “dividendi minn dħul barrani”, bħal The Trustees of the BT Pension Scheme, ikollhom rimedju ġudizzjarju li, minn naħa, ikun ta’ natura li jiżgura l-ħlas ta’ tali kreditu ta’ taxxa, li l-aventi kawża kienu ġew indebitament miċħuda minnu, skont modalitajiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikors intiż għall-ħlas ta’ kreditu ta’ taxxa, jew vantaġġ fiskali paragunabbli, f’sitwazzjoni fejn l-amministrazzjoni fiskali kienet indebitament ċaħdet lill-aventi kawża minn dan il-kreditu ta’ taxxa jew minn dan il-vantaġġ fiskali matul tqassim ta’ dividendi li joriġinaw minn dividendi rċevuti minn kumpannija residenti fir-Renju Unit u, min-naħa l-oħra, jippermetti li tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet mogħtija fl-Artikolu 63 TFUE lil tali azzjonisti b’mod effettiv.

3)

La ċ-ċirkustanza li The Trustees of the BT Pension Scheme ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi li huma jirċievu, la ċ-ċirkustanza li l-ksur tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni ma huwiex, skont il-qorti tar-rinviju, suffiċjentement serju sabiex iwassal għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kumpannija li tqassam dividendi kklassifikati bħala “dividendi minn dħul barrani”, konformement mal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C-46/93 u C-48/93, EU:C:1996:79), la ċ-ċirkustanza li kumpannija residenti tar-Renju Unit tkun qassmet ammont miżjud ta’ dividendi, ikklassifikati bħala “dividendi minn dħul barrani”, sabiex tiġi kkumpensata l-assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fir-rigward tal-azzjonist benefiċjarju, ma jistgħu jbiddlu r-risposti mogħtija lid-domandi l-oħra magħmula mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


Top