This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0360
Joined Cases C-360/15 and C-31/16: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 30 January 2018 (requests for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden, Raad van State — Netherlands) — College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort v X BV (C-360/15), Visser Vastgoed Beleggingen BV v Raad van de gemeente Appingedam (C-31/16) (Reference for a preliminary ruling — Services in the internal market — Directive 2006/123/EC — Scope — Article 2(2)(c) — Exclusion of electronic communications services and networks — Article 4(1) — Concept of ‘service’ — Retail trade in goods — Chapter III — Freedom of establishment of service providers — Applicability in purely internal situations — Article 15 — Requirements to be evaluated — Territorial restriction — Zoning plan prohibiting the activity of retail trade in goods other than bulky goods in geographical zones situated outside the city centre — Protection of the urban environment — Authorisation of electronic communications services and networks — Directive 2002/20/EC — Financial payments attached to rights to install facilities for a public electronic communications network)
Kawżi Magħquda C-360/15 u C-31/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Jannar 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden, Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort vs X BV (C-360/15), Visser Vastgoed Beleggingen BV vs Raad van de gemeente Appingedam (C-31/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi fis-suq intern — Direttiva 2006/123/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 2(2)(ċ) — Esklużjoni tas-servizzi u tan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Punt 1 tal-Artikolu 4 — Kunċett ta’ “servizz” — Kummerċ bl-imnut tal-prodotti — Kapitolu III — Libertà ta’ stabbiliment tal-fornituri — Applikabbiltà f’sitwazzjonijiet purament interni — Artikolu 15 — Rekwiżiti li għandhom jiġu evalwati — Limitu territorjali — Pjan urban li jipprojbixxi l-attività ta’ kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mhux goffi f’żoni ġeografiċi li jinsabu ’l barra miċ-ċentru tal-belt — Protezzjoni tal-ambjent urban — Awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE — Piżijiet pekunjarji marbuta mad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet intiżi għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi)

ĠU C 112, 26.3.2018, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Jannar 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden, Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort vs X BV (C-360/15), Visser Vastgoed Beleggingen BV vs Raad van de gemeente Appingedam (C-31/16)
(Kawżi Magħquda C-360/15 u C-31/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 2006/123/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(2)(ċ) - Esklużjoni tas-servizzi u tan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Punt 1 tal-Artikolu 4 - Kunċett ta’ “servizz” - Kummerċ bl-imnut tal-prodotti - Kapitolu III - Libertà ta’ stabbiliment tal-fornituri - Applikabbiltà f’sitwazzjonijiet purament interni - Artikolu 15 - Rekwiżiti li għandhom jiġu evalwati - Limitu territorjali - Pjan urban li jipprojbixxi l-attività ta’ kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mhux goffi f’żoni ġeografiċi li jinsabu ’l barra miċ-ċentru tal-belt - Protezzjoni tal-ambjent urban - Awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Piżijiet pekunjarji marbuta mad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet intiżi għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi))
(2018/C 112/02)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qrati tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden, Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort (C-360/15), Visser Vastgoed Beleggingen BV (C-31/16)
Konvenuti: X BV (C-360/15), Raad van de gemeente Appingedam (C-31/16)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li din ma tapplikax għal tariffi li huma marbuta mad-drittijiet tal-impriżi li huma awtorizzati jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jinstallaw kejbils għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. |
2) |
Il-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività ta’ kummerċ bl-imnut ta’ prodotti tikkostitwixxi “servizz” għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
3) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123, dwar il-libertà ta’ stabbiliment tal-fornituri, għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw ukoll għal sitwazzjoni li l-elementi rilevanti kollha tagħha huma limitati fi ħdan Stat Membru wieħed biss. |
4) |
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li regoli inklużi fi pjan urban ta’ komun jipprojbixxu l-attività ta’ kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mhux goffi f’żoni ġeografiċi li jinsabu ’l barra miċ-ċentru tal-belt ta’ dan il-komun, sakemm il-kundizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 15(3) ta’ din id-direttiva jkunu ssodisfatti, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |