Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0348

    Kawża C-348/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – L-Awstrija) – Stadt Wiener Neustadt vs Niederösterreichische Landesregierung (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Direttiva 85/337/KEE — Direttiva 2011/92/UE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “att speċifiku ta’ leġislazzjoni nazzjonali” — Nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Awtorizzazzjoni definittiva — Regolarizzazzjoni leġiżlattiva a posteriori tan-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Prinċipju ta’ koperazzjoni — Artikolu 4 TUE

    ĠU C 14, 16.1.2017, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 14/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – L-Awstrija) – Stadt Wiener Neustadt vs Niederösterreichische Landesregierung

    (Kawża C-348/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Direttiva 2011/92/UE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “att speċifiku ta’ leġislazzjoni nazzjonali” - Nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Awtorizzazzjoni definittiva - Regolarizzazzjoni leġiżlattiva a posteriori tan-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Prinċipju ta’ koperazzjoni - Artikolu 4 TUE)

    (2017/C 014/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Stadt Wiener Neustadt

    Konvenut: Niederösterreichische Landesregierung

    Fil-preżenza ta’: .A.S.A. Abfall Service AG

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar, proġett li jaqa’ taħt dispożizzjoni leġiżlattiva bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha proġett li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni adottata bi ksur tal-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent, li fir-rigward tagħha jkun skada t-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament, għandu jitqies bħala legalment awtorizzat. Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi tali dispożizzjoni leġiżlattiva safejn din tipprovdi li għandu jitqies li twettqet evalwazzjoni preliminari tal-effetti fuq l-ambjent għali tali proġett.


    (1)  ĠU C 363, 03.11.2015.


    Top