Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0794

Kawża T-794/14: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Diċembru 2014 – AATC Trading vs UASI – El Corte Inglés (ALAΪA PARIS)

ĠU C 65, 23.2.2015, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/38


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2014 – AATC Trading vs UASI – El Corte Inglés (ALAΪA PARIS)

(Kawża T-794/14)

(2015/C 065/53)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AATC Trading AG (Steinhausen, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Lê Dai, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “ALAΪA PARIS” Nru 3 4 85  166

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1411/2013-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009

Ksur tar-regola 22 tar-Regolament Nru 2868/95.


Top