EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0706

Kawża T-706/14: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Ottubru 2014 – Holistic Innovation Institute vs REA

ĠU C 421, 24.11.2014, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/44


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Holistic Innovation Institute vs REA

(Kawża T-706/14)

2014/C 421/62

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Holistic Innovation Institute, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Muñiz García, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li teskludi lir-rikorrenti mill-proġetti INACHUS u ZONeSEC;

tordna li r-rikorrenti tingħata kumpens u tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 7 81  250, li jikkorrispondi għaż-żewġ proġetti li ġiet eskluża minnhom, flimkien mal-interessi legali minn meta jsir dovut il-ħlas, u

torda li r-rikorrenti tingħata kumpens u tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ ammont stabbilit minn espert maħtur mill-Qorti Ġenerali, għad-dannu addizzjonali li sofriet ikkawżat mill-esklużjoni miż-żewġ proġetti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija eżekuttiva għar-riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, tal-24 ta’ Lulju 2014, bir-referenza ARES (2014) 2461172, li permezz tagħha huwa deċiż li jintemmu n-negozjati u li tiġi miċħuda l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti għall-proġetti Ewropej INACHUS (607522) u ZONeSEC (607292) tas-sejħa għal offerti FP7-SEC-2013-1, tas-Seba’ Programm Qafas.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

Huwa kkunsidrat li d-deċiżjoni hija manifestament infondata, u tinkludi motivazzjoni apparenti waħda biss.

2.

L-evalwaturi indipendenti kienu ppreżentaw rapport favorevoli fir-rigward tal-proġetti bil-parteċipazzjoni tar-rikorrenti.

3.

Wara dawn ir-rapporti, il-konvenuta biddlet il-kriterji bi tpattija lill-amministratur tar-rikorrenti, li qabel kien beda azzjoni kontra l-Kummissjoni Ewropea minħabba kunflitt li jirrigwarda l-kumpannija Rose Visión S.L.

4.

L-aġenti tal-konvenuta qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni għamlu pressjoni fuq il-parteċipanti l-oħra fil-proġetti sabiex tiġi eskluża r-rikorrenti, u b’hekk ipprovaw jevitaw li jieħdu d-deċiżjoni kkontestata.

5.

L-aġir tal-konvenuta kkawża dannu lir-rikorrenti.


Top