This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014FN0060
Case F-60/14: Action brought on 30 June 2014 — ZZ v Commission
Kawża F-60/14: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-60/14: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 421, 24.11.2014, p. 60–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/60 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-60/14)
2014/C 421/87
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tal-proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz fir-rigward tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal; |
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Novembru 2013 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni akkwistati mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tat-3 ta’ Marzu 2011; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |