This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0443
Case C-443/14: Request for a preliminary ruling from the Bundesverwaltungsgericht (Germany) lodged on 25 September 2014 — Kreis Warendorf v Ibrahim Alo
Kawża C-443/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil- 25 ta’ Settembru 2014 – Kreis Warendorf vs Ibrahim Alo
Kawża C-443/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil- 25 ta’ Settembru 2014 – Kreis Warendorf vs Ibrahim Alo
ĠU C 439, 8.12.2014, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 439/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2014 – Kreis Warendorf vs Ibrahim Alo
(Kawża C-443/14)
(2014/C 439/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Kreis Warendorf
Konvenut: Ibrahim Alo
Parti oħra fil-kawża: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Domandi preliminari
1) |
L-obbligu li tiġi stabbilita residenza fi ħdan żona ġeografika limitata (muniċipalità, distrett, reġjun) tal-Istat Membru jirrestrinġi l-libertà ta’ moviment fis-sens tal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2011/95/UE (1), jekk, ħlief għal dan l-obbligu, il-persuna barranija tkun tista’ tiċċaqlaq u tgħix liberament fit-territorju tal-Istat Membru? |
2) |
L-obbligu li tiġi stabbilita residenza fir-rigward ta’ persuni bi status ta’ protezzjoni sussidjarja huwa kompatibbli mal-Artikolu 33 u/jew mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE, jekk dan ikun ibbażat fuq l-għan li tinkiseb distribuzzjoni ġusta tal-piżijiet tal-assistenza pubblika soċjali bejn l-aġenziji differenti kompetenti f’dan il-qasam fit-territorju nazzjonali? |
3) |
L-obbligu li tiġi stabbilita residenza fir-rigward ta’ persuni bi status ta’ protezzjoni sussidjarja huwa kompatibbli mal-Artikolu 33 u/jew mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE, jekk dan ikun ibbażat fuq raġunijiet ta’ politika ta’ migrazzjoni jew ta’ integrazzjoni sabiex jipprevjenu li ċerti muniċipalitajiet jew distretti jiġu żvantaġġati soċjalment bil-wasla frekwenti ta’ barranin? Raġunijiet astratti ta’ politika ta’ migrazzjoni jew ta’ integrazzjoni huma biżżejjed jew dawn ir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati b’mod konkret? |
(1) Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, p. 9).