EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CB0405

Kawża C-405/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud) – ir-Repubblika Ċeka)– PST CLC a.s. vs Generální ředitelství cel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Klassifikazzjoni tariffarja — Validità tal-punt 2 tat-tabella li tinsab fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 384/2004 matul il-perijodu bejn it-22 ta’ Marzu 2004 u t-22 ta’ Diċembru 2009 — Applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni għad-dikjarazzjoniiet lid-dwana ppreżentati matul is-sena 2008 — Klassifikazzjoni ta’ prodotti intiżi għall-kompjuters, magħmula minn apparat li jxerred is-sħana u minn fann)

ĠU C 320, 28.9.2015, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud) – ir-Repubblika Ċeka)– PST CLC a.s. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-405/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klassifikazzjoni tariffarja - Validità tal-punt 2 tat-tabella li tinsab fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 384/2004 matul il-perijodu bejn it-22 ta’ Marzu 2004 u t-22 ta’ Diċembru 2009 - Applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni għad-dikjarazzjoniiet lid-dwana ppreżentati matul is-sena 2008 - Klassifikazzjoni ta’ prodotti intiżi għall-kompjuters, magħmula minn apparat li jxerred is-sħana u minn fann))

(2015/C 320/14)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PST CLC a.s.

Konvenut: Generální ředitelství cel

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tat-tabella li tinsab fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2004, tal-tal-1 ta’ Marzu 2004, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda kien invalidu matul il-perijodu meta dan kien fis-seħħ, jiġifieri mit-22 ta’ Marzu 2004 sat-22 ta’ Diċembru 2009.

2)

Sa fejn il-prodotti inkwistjoni jkunu komposti minn apparat li jxerred is-sħana kif ukoll minn fann u jkunu esklużivament intiżi sabiex jiġu inkorporati f’kompjuter, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, il-klassifikazzjoni tariffarja għandha ssir abbażi ta’ regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007.


(1)  ĠU C 431, 01.12.2014.


Top