This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CA0591
Case C-591/14: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 13 September 2017 — European Commission v Kingdom of Belgium (Failure of a Member State to fulfil obligations — State aid — Decision 2011/678/EU — State aid for financing screening of transmissible spongiform encephalopathies (TSE) in bovine animals — Aid incompatible with the internal market — Obligation of recovery — Non-performance)
Kawża C-591/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni 2011/678/UE — Għajnuna mill-Istat favur il-finanzjament tal-iskrining tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) fl-annimali tal-ifrat — Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ rkupru — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)
Kawża C-591/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni 2011/678/UE — Għajnuna mill-Istat favur il-finanzjament tal-iskrining tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) fl-annimali tal-ifrat — Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ rkupru — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)
ĠU C 382, 13.11.2017, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-591/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni 2011/678/UE - Għajnuna mill-Istat favur il-finanzjament tal-iskrining tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) fl-annimali tal-ifrat - Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni))
(2017/C 382/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, B. Stromsky, S. Noë u H. van Vliet, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, L. Van den Broeck u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn L. Van den Hende u J. Charles, avukati)
Dispożittiv
1) |
Billi ma ħax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern mill-Artikolu 1(3) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/678/UE, tas-27 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) fil-bovini [annimali tal-ifrat] implimentata mill-Belġju [Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04)], u billi ma informax lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda sabiex jikkonforma ruħu ma’ din id-deċiżjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni. |
2) |
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż. |