This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CA0492
Case C-492/14: Judgment of the Court (Second Chamber) of 29 September 2016 (request for a preliminary ruling from the Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg te Brussel — Belgium) — Essent Belgium NV v Vlaams Gewest, Inter-Energa and Others (Reference for a preliminary ruling — Regional legislation requiring the distribution, through the systems located in the region concerned, of electricity produced from renewable energy sources to be free of charge — Different treatment depending on the origin of the green electricity — Articles 28 EC and 30 EC — Free movement of goods — Directive 2001/77/EC — Articles 3 and 4 — National support mechanisms for the production of green energy — Directive 2003/54/EC — Articles 3 and 20 — Directive 96/92/EC — Articles 3 and 16 — Internal market in electricity — Access to distribution systems on non-discriminatory tariff conditions — Public service obligations — Lack of proportionality)
Kawża C-492/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Essent Belgium NV vs Vlaams Gewest, Inter-Energa et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Leġiżlazzjonijiet reġjonali li jimponu d-distribuzzjoni bla ħlas, fin-netwerks li jinstabu fir-reġjun ikkonċernat, tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu — Distinzjoni skont l-oriġini tal-elettriku aħdar — Artikoli 28 u 30 KE — Moviment liberu tal-merkanzija — Direttiva 2001/77/KE — Artikoli 3 u 4 — Mekkaniżmi nazzjonali ta’ appoġġ għall-produzzjoni ta’ enerġija ħadra — Direttiva 2003/54/KE — Artikoli 3 u 20 — Direttiva 96/92/KE — Artikoli 3 u 16 — Suq intern tal-elettriku — Aċċess għan-netwerks ta’ distribuzzjoni b’kundizzjonijiet tariffarji nondiskriminatorji — Obbligi ta’ servizz pubbliku — Nuqqas ta’ proporzjonalità)
Kawża C-492/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Essent Belgium NV vs Vlaams Gewest, Inter-Energa et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Leġiżlazzjonijiet reġjonali li jimponu d-distribuzzjoni bla ħlas, fin-netwerks li jinstabu fir-reġjun ikkonċernat, tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu — Distinzjoni skont l-oriġini tal-elettriku aħdar — Artikoli 28 u 30 KE — Moviment liberu tal-merkanzija — Direttiva 2001/77/KE — Artikoli 3 u 4 — Mekkaniżmi nazzjonali ta’ appoġġ għall-produzzjoni ta’ enerġija ħadra — Direttiva 2003/54/KE — Artikoli 3 u 20 — Direttiva 96/92/KE — Artikoli 3 u 16 — Suq intern tal-elettriku — Aċċess għan-netwerks ta’ distribuzzjoni b’kundizzjonijiet tariffarji nondiskriminatorji — Obbligi ta’ servizz pubbliku — Nuqqas ta’ proporzjonalità)
ĠU C 46, 13.2.2017, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Essent Belgium NV vs Vlaams Gewest, Inter-Energa et
(Kawża C-492/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Leġiżlazzjonijiet reġjonali li jimponu d-distribuzzjoni bla ħlas, fin-netwerks li jinstabu fir-reġjun ikkonċernat, tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu - Distinzjoni skont l-oriġini tal-elettriku aħdar - Artikoli 28 u 30 KE - Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 2001/77/KE - Artikoli 3 u 4 - Mekkaniżmi nazzjonali ta’ appoġġ għall-produzzjoni ta’ enerġija ħadra - Direttiva 2003/54/KE - Artikoli 3 u 20 - Direttiva 96/92/KE - Artikoli 3 u 16 - Suq intern tal-elettriku - Aċċess għan-netwerks ta’ distribuzzjoni b’kundizzjonijiet tariffarji nondiskriminatorji - Obbligi ta’ servizz pubbliku - Nuqqas ta’ proporzjonalità))
(2017/C 046/02)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Essent Belgium NV
Konvenuti: Vlaams Gewest, Inter-Energa, IVEG, Infrax West, Provinciale Brabantse Energiemaatschappij CVBA (PBE), Vlaamse Regulator van de Electriciteits- en Gasmarkt (VREG)
Fil-preżenza ta’: Intercommunale Maatschappij voor Energievoorziening Antwerpen (IMEA), Intercommunale Maatschappij voor Energievoorziening in West- en Oost-Vlaanderen (IMEWO), Intercommunale Vereniging voor Energielevering in Midden-Vlaanderen (Intergem), Intercommunale Vereniging voor de Energiedistributie in de Kempen en het Antwerpse (IVEKA), Iverlek, Gaselwest CVBA, Sibelgas CVBA
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 u 30 KE kif ukoll tal-Artikolu 3(2) u (8), u tal-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE, tal-Artikolu 3(2) u (3), u tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern ta’ l-elettriku, u tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjonijiet bħall-Besluit van de Vlaamse regering tot wijziging van het besluit van de Vlaamse regering van 28 september 2001 (deċizjoni tal-Gvern tal-Vlaanderen li temenda d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Vlaanderen tat-28 ta’ Settembru 2001), tal-4 ta’ April 2003, u l-Besluit van de Vlaamse regering inzake de bevordering van elektriciteitsopwekking uit hernieuwbare energiebronnen (deċiżjoni tal-Gvern tal-Vlaanderen li tiffavorixxi l-produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu), tal-5 ta’ Marzu 2004, li jimponu sistema ta’ distribuzzjoni bla ħlas tal-elettriku aħdar fin-netwerks ta’ distribuzzjoni li jinstabu fir-reġjun ikkonċernat filwaqt li jillimitaw il-benefiċċju ta’ din is-sistema, fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni, biss għall-elettriku aħdar alimentat direttament minn impjanti ta’ produzzjoni fl-imsemmija netwerks ta’ distribuzzjoni u, fir-rigward tat-tieni deċiżjoni, biss għall-elettriku aħdar alimentat direttament minn tali impjanti ta’ produzzjoni f’netwerks ta’ distribuzzjoni li jinstabu fl-Istat Membru li jagħmel parti minnu l-imsemmi reġjun.