Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0206

    Kawża T-206/13: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ April 2013 — Stance vs UASI — Pokarna (STANCE)

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/34


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2013 — Stance vs UASI — Pokarna (STANCE)

    (Kawża T-206/13)

    2013/C 171/63

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Stance, Inc. (San Clemente, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pokarna Ltd (Secundrabad, l-Indja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-1 ta’ Frar 2013 fil-Każ R 885/2012-5 li tirrigwarda l-oppożizzjoni bbażata fuq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 005 491 329 kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 008 957 516“STANCE”;

    tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “STANCE” għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 957 516

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għat-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad “STANZA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 35

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 65, 8(1)(b), 75, 76(1), (2) u 83 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top