Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0407

    Kawża T-407/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Diċembru 2014 – Al Assad vs Il-Kunsill [ “Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Iskrizzjoni ta’ individwu fil-lista ta’ persuni kkonċernati — Rabtiet personali ma’ membri tar-reġim — Drittijiet tad-difiża — Smigħ xieraq — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà — Dritt għall-ħajja privata — Awtorità ta’ res judicata — Inammissibbiltà — Inammissibbiltà manifesta — Rikors infondat fid-dritt” ]

    ĠU C 65, 23.2.2015, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/34


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2014 – Al Assad vs Il-Kunsill

    (Kawża T-407/13) (1)

    ([“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Iskrizzjoni ta’ individwu fil-lista ta’ persuni kkonċernati - Rabtiet personali ma’ membri tar-reġim - Drittijiet tad-difiża - Smigħ xieraq - Obbligu ta’ motivazzjoni - Oneru tal-prova - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-ħajja privata - Awtorità ta’ res judicata - Inammissibbiltà - Inammissibbiltà manifesta - Rikors infondat fid-dritt”])

    (2015/C 065/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bouchra Al Assad (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Karouni u C. Dumont, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u M. Joséphidès, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 111, p. 1, rettifika ĠU 2013, L 127, p. 27), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), it-tielet nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 335, p. 3), ir-raba nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (ĠU L 335, p. 50), il-ħames nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 578/2014, tat-28 ta’ Mejju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 160, p. 11), u, is-sitt nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (ĠU L 160, p. 37), sa fejn l-isem tar-rikorrenti nżamm fil-listi ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn huwa intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255.

    3)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment manifestament infondat fid-dritt sa fejn huwa intiż għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 578/2014, tat-28 ta’ Mejju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

    4)

    Bouchra Al Assad hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


    Top