This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0275
Case T-275/13: Judgment of the General Court of 17 December 2015 — Italy v Commission (Languages — Notice of open competition for the recruitment of administrators — Choice of second language from three languages — Language of communication with the candidates to the competition — Regulation No 1 — Article 1d(1), Article 27, first paragraph, and Article 28(f) of the Staff Regulations — Principle of non-discrimination — Proportionality)
Kawża T-275/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni [“Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità”]
Kawża T-275/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni [“Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità”]
ĠU C 59, 15.2.2016, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 59/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-275/13) (1)
([“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”])
(2016/C 059/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Spanja (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze et B. Beutler, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/249/13, sabiex jinħolqu żewġ listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi, maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fl-oqsma tal-makroekonomija u tal-ekonomija finanzjarja (ĠU 2013, C 75 A, p. 1).
Dispożittiv
1) |
L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/249/13, sabiex jinħolqu żewġ listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi, maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fl-oqsma tal-makroekonomija u tal-ekonomija finanzjarja, huwa annullat. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana. |
3) |
Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-interventi tagħhom. |