Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FB0031

    Kawża F-31/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad- 19 ta’ Settembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem għal raġunijiet ta’ distanza — Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem ta’ wara — Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor — Tardività tar-rikors)

    ĠU C 313, 26.10.2013, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/35


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-31/13)

    (Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem għal raġunijiet ta’ distanza - Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem ta’ wara - Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor - Tardività tar-rikors)

    2013/C 313/66

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea

    Suġġett

    Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent għall-ħlas ta’ danni bħala kumpens għad-dannu li ġarrab minħabba u b’riżultat tal-assenjazzjoni tiegħu mill-ġdid mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Luanda lejn is-sede tal-Kummissjoni fi Brussell.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    (2)

    L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    Top