Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0054

    Kawża F-54/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta’ Settembru 2014 – CV vs CESE (Servizz Pubbliku — Rikors għad-danni — Investigazzjonijiet amministrattivi — Proċedura dixxiplinari — Fastidju psikoloġiku)

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/52


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – CV vs CESE

    (Kawża F-54/13) (1)

    ((Servizz Pubbliku - Rikors għad-danni - Investigazzjonijiet amministrattivi - Proċedura dixxiplinari - Fastidju psikoloġiku))

    2014/C 421/72

    Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: CV (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

    Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Arsène u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati, sussegwentement M. Pascua Mateo u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-KESE li tiċħad talba, imressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, sabiex jikseb kumpens għad-dannu li huwa ġarrab minħabba l-allegati tenaċità jew anki fastidju amministrattivi.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 64.


    Top