Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0418

    Kawża C-418/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja) fit- 23 ta’ Lulju 2013 — Napolitano et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

    ĠU C 313, 26.10.2013, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja) fit-23 ta’ Lulju 2013 — Napolitano et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

    (Kawża C-418/13)

    2013/C 313/13

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte costituzionale

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Carla Napolitano, Salvatore Perrella, Gaetano Romano, Donatella Cittadino, Gemma Zangari

    Konvenut: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), tat-28 ta’ Ġunju 1999, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-applikazzjoni tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 4(11) tal-Liġi Taljana Nru 124, tat-3 ta’ Mejju 1999, dwar l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam tal-persunal fl-iskejjel — li, wara li jistabbilixxu r-regoli għas-supplenti annwali għall-pożizzjonijiet “li huma effettivament vakanti u disponibbli qabel il-31 ta’ Diċembru”, jipprovdu li l-pożizzjonijiet jimtlew permezz ta’ supplenti annwali “fl-istennija tat-tmiem tal-proċeduri ta’ kompetizzjoni għar-reklutaġġ ta’ għalliema permanenti” — sa fejn din id-dispożizzjoni tippermetti li jintużaw kuntratti għal żmien determinat mingħajr ma jiġu indikati t-termini preċiżi għat-tmiem tal-kompetizzjonijiet u mingħajr ma tipprovdi d-dritt għall-kumpens għad-dannu?

    (2)

    Il-ħtiġijiet ta’ organizzazzjoni tas-sistema skolastika Taljana, kif deskritt hawn fuq, jikkostitwixxu raġunijiet oġġettivi fis-sens tal-klawżola 5(1) tad-Direttiva 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, b’tali mod li leġiżlazzjoni bħal dik Taljana, li ma tipprovdix d-dritt għall-kumpens għad-dannu fir-rigward tal-impjieg ta’ persunal fl-iskejjel għal żmien determinat, tkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368)


    Top