Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0053

    Kawża C-53/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fit- 30 ta’ Jannar 2013 — Strojírny Prostějov, a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

    ĠU C 141, 18.5.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 141/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Jannar 2013 — Strojírny Prostějov, a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

    (Kawża C-53/13)

    2013/C 141/18

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Krajský soud v Ostravě

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Strojírny Prostějov, a.s.

    Konvenuta: Odvolací finanční ředitelství

    Domandi preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ fejn impriża (il-fornitur) li tqiegħed ħaddiema għad-dispożizzjoni ta’ impriża oħra hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, timponi fuq l-impriża li tirrikorri għas-servizzi ta’ dawn il-ħaddiema l-obbligu li tiġbor it-taxxa fuq id-dħul imposta fuq ir-remunerazzjonijiet imħallsa lil dawn il-ħaddiema u li tittrasferixxiha lill-baġit tal-Istat, filwaqt li, fil-każ fejn il-fornitur huwa stabbilit fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, dan l-obbligu jaqa’ fuq il-fornitur?


    Top