Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0051

    Kawża C-51/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil- 31 ta’ Jannar 2013 — Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV vs Hubertus Wilhelmus van Leeuwen

    ĠU C 141, 18.5.2013, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 141/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Jannar 2013 — Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV vs Hubertus Wilhelmus van Leeuwen

    (Kawża C-51/13)

    2013/C 141/17

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Rotterdam

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV

    Konvenut: Hubertus Wilhelmus van Leeuwen

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja (1), jipprekludi li, abbażi ta’ regoli miftuħa u/jew mhux miktuba tad-dritt Olandiż, bħar-raġonevolezza u l-ekwità li jirregolaw ir-relazzjoni (pre)kuntrattwali bejn persuna li tipprovdi assigurazzjoni għall-ħajja u persuna assigurata potenzjali, u/jew l-obbligu ġenerali u/jew partikolari ta’ diliġenza, il-persuni li jipprovdu assigurazzjoni għall-ħajja jkunu obbligati jikkomunikaw lill-persuni assigurati iktar informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-premiums ta’ riskju tal-assigurazzjoni minn dak li ġie preskritt fl-1999 permezz tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Olandiż li jimplementaw it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja (b’mod partikolari l-Artikolu 2(2)(q)u (r) tar-RIAV (Regeling Informatieverstrekking aan verzekeringnemers) 1998)?

    (2)

    L-effetti, jew l-effetti possibbli, li d-dritt Olandiż jirrelata man-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni, huma rilevanti sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) (ĠU L 360, p. 1)


    Top